Merħba

Fil-qosor

L-għan ta' MOLTO huwa l-iżvilupp ta' għodda għat-traduzzjoni bejn il-lingwi, b'mod malajr u bi kwalità ta' livell għoli. Il-lingwi diversi huma mqassmin f'modules li wieħed jista' faċilment jagħżel minnhom, u ser jinbnew prototipi li jittrattaw it-23 lingwi uffiċjali tal-UE.

Fil-proġett MOLTO jintużaw grammatiki semantiċi li huma mmirati lejn oqsma speċifiċi, flimkien ma' interlinguas ibbażati fuq ontoloġiji. Dawn il-komponenti huma implimentati fil-GF (Grammatical Framework), li jipprovdi mezz li jinkitbu grammatiki għal lingwi diversi li huma magħqudin flimkien b'permezz ta' sintassi astratt (abstract syntax) komuni. GF diġà ntuża f'ċerti oqsma ta' daqs medju, normalment sa għaxar lingwi, u l-iskop ta' MOLTO li jkompli jkabbar l-użu u l-kapaċità ta' din is-sistema.

Parti minn dan ix-xogħol huwa li jiżdied in-numru ta' lingwi inklużi kif ukoll il-kobor ta' l-oqsma fejn jistgħu jintużaw dawn it-teknoloġiji. Parti oħra sostansjali tal-proġett hu li dawn l-għodda jsiru dejjem aktar faċli biex jiġu użati minn nies ti mhumiex esperti f'dan il-qasam, u li nnaqqsu l-ammont ta' xogħol meħtieġ biex tinbena sistema ta' traduzzjoni. Idealment dan jkun jista' jsir biss b'lista ta' kliem (lessiku) u xi ftit eżempji ta' sentenzi.

L-iktar partijiet tal-proġett li jiffukaw fuq ir-riċerka huma dawk li jittrattaw il-qafla bejn l-istandards tal-ontoloġiji (OWL) u l-grammatiki miktubin bil-GF, kif ukoll fuq iż-żieda tal-istatistika mat-traduzzjoni bir-regoli (rule-based translation). Dawn għandhom jwasslu għal sitwazzjoni fejn wieħed jista' jikkomunika ma' sistema tal-kompjuter billi juża l-lingwa naturali tiegħu. L-użu tal-istatistika għandu jgħin biex sistema bħal din tkun iktar robusta u addattabli.

It-teknoloġiji ta' MOLTO ser jinħarġu bħala libreriji miftuħin (open-source) li jistgħu jintużaw f'sistemi tat-traduzzjoni esistenti u fuq paġni tal-internet mingħajr tibdiliet kbar. Dawn ser jiġu ddemonstrati b'mod web-based u jiġu applikati fi tlett eżempji: eżerċizzji tal-matematika f'15-il lingwa, patenti farmaċewtiki fi tlett lingwi, u deskrizzjonijiet ta' wirjiet ta' mużewijiet ukoll fi 15-il lingwa.

L-ilsna f'MOLTO

It-traduzzjonijiet li jsiru f'MOLTO huma bbażati fuq GF u l-librerija ta' riżorsi grammatiċi (resource grammar library) tiegħu, li llum jikkonsisti fil-lingwi li jidhru hawn taħt. L-għodda jipprovdu mezz ta' kif is-sintassi astratt u il-lingwaġġ jistgħu jiġu speċjalizzati għal qasam partikolari.

Siti

Segwina

Biex tissegwina tista' tabbona ruħek mal-RSS Feed tagħna, kif ukoll taqra it-Twitter feed. Kultant nixxandru ukoll filmat live mill-avvenamenti organizzati mill-proġett. Dawn jinstabu fuq Ustream u rrekordjati fuq YouTube.

Ikkuntattjana

Għidilna x'taħseb jew saqsina xi ħaġa billi tuża il-formola t'hawnhekk.